Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0687

Kawża T-687/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel) [ “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta — Obbligu ta’ motivazzjoni” ]

ĠU C 361, 13.10.2014, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)

(Kawża T-687/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

2014/C 361/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni u O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014.


Top
  翻译: