This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0030
Case T-30/13: Action brought on 22 January 2013 — GRE v OHIM — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)
Kawża T-30/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)
Kawża T-30/13: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)
ĠU C 79, 16.3.2013, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/27 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)
(Kawża T-30/13)
2013/C 79/47
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 731/2012-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LIBERTE american blend” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 481 252
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Villiger Söhne GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattiva li jinkludu l-element verbali “LA LIBERTAD”, għal prodotti fil-klassijiet 14 u 34.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.