This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0108
Case T-108/13: Action brought on 23 February 2013 — VTZ and Others v Council
Kawża T-108/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2013 — VTZ et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża T-108/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Frar 2013 — VTZ et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 114, 20.4.2013, p. 42–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/42 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2013 — VTZ et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-108/13)
2013/C 114/64
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO) (Volzhsky, ir-Russja); Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO) (Taganrog, ir-Russja); Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) (Kamensk-Uralsky, ir-Russja); u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) (Polevskoy, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Bellis, F. Di Gianni u G. Coppo, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1269/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter-alia, mir-Russja, wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sa fejn dan jinkludi l-bejgħ li jsir riferiment għalih fil-punti 23 sa 33 tar-Regolament ikkontestat, fil-kamp tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni; |
— |
b’konsegwenza għall-annullament parzjali mitlub iktar ’il fuq, tikkoreġi r-rata tad-dazju antidumping applikabbli għall-grupp TMK, billi tbaxxiha minn 28.7 % għal 13.6 %; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill b’mod illegali bbaża fuq kriterji differenti minn dawk li jinsabu fil-kliem tad-dispożizzjonijiet doganali rilevanti, sabiex jiddetermina l-klassifikazzjonijiet tat-tubi msemmija fil-punti 23 sa 33 tar-Regolament ikkontestat. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-motivi speċifiċi li fuqhom jibbaża l-Kunsill sabiex jikkonkludi li t-tubi msemmija fil-punti 23 sa 33 tar-Regolament ikkontestat ma jidħlux taħt il-kodiċi NM 7304 59 10 huma żbaljati. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża, is-sempliċi fatt li t-tubi msemmija fil-punti 23 sa 33 tar-Regolament ikkontestat kienu effettivament użati għall-manifattura ta’ tubi u pajpijiet ta’ wisa’ differenti u ta’ ħxuna tal-ħitan differenti huwa prova li jaqgħtu taħt il-kodiċi NM 7304 59 10. |