This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0178
Case T-178/13: Action brought on 15 March 2013 — Jaczewski v Commission
Kawża T-178/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Marzu 2013 — Jaczewski vs Il-Kummissjoni
Kawża T-178/13: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Marzu 2013 — Jaczewski vs Il-Kummissjoni
ĠU C 156, 1.6.2013, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 156/46 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2013 — Jaczewski vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/13)
2013/C 156/86
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Grzegorz Jaczewski (Bielany, il-Polonja) (rappreżentant: M. Goss, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-24 ta’ Lulju 2013 [innotifikata bħala Dokument Nru C(2012) 5049], li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari fil-Polonja għas-sena 2012, skont l-Artikolu 132(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, liema deċiżjoni introduċiet l-applikazzjoni tal-modulazzjoni fir-rigward tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari ta’ iktar minn EUR 5 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ ġerarkija tan-normi legali peress li adottat miżuri li jmorru kontra l-Artikolu 132 tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) flimkien mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, sa fejn applikat il-mekkaniżmu ta’ modulazzjoni fir-rigward tal-pagamenti nazzjonali diretti komplementari, minkejja l-fatt li l-mekkaniżmu ta’ modulazzjoni ma huwiex applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda għas-sena 2012. |
(2) |
It-tieni motiv jirrigwarda l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll tal-Artikolu 39 TFUE flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE, peress li l-applikazzjoni tal-modulazzjoni fir-rigward tal-pagamenti nazzjonali diretti komplementari twassal għal tnaqqis tal-ammonti mħallsa lil bdiewa fl-Istati Membri l-ġodda għal livell inferjuri għall-ammonti mħallsa lil bdiewa fi Stati Membri li ma humiex l-Istati Membri l-ġodda u peress li, meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, ma ttiħditx inkunsiderazzjoni d-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni individwali tal-Unjoni Ewropea. |