Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0110

Kawża C-110/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (Ir-Rumanija) fis- 7 ta’ Marzu 2014 – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-110/14)

2014/C 175/25

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horațiu Ovidiu Costea

Konvenuta: SC Volksbank România SA

Domanda preliminari

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur”, l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew fis-sens li jeskludi minn din id-definizzjoni persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank, mingħajr ma huwa speċifikat f’dan il-kuntratt l-għan tal-kreditu, li jsemmi l-kwalità ta’ garanzija ipotekarja tal-uffiċċju ta’ avukat tal-imsemmija persuna fiżika?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top
  翻译: