This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0123
Case C-123/14: Request for a preliminary ruling from the Administrativen sad — Varna (Bulgaria) lodged on 14 March 2014 — Itales ООD v Direktor na Direktsia ‘Obzhalvane i danacho-osiguritelna praktika’ Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
Kawża C-123/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl- 14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
Kawża C-123/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl- 14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
ĠU C 151, 19.5.2014, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Marzu 2014 – Itales OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
(Kawża C-123/14)
2014/C 151/18
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Itales OOD
Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta merkanzija tinbiegħ lil terz, ix-xiri tagħha jnissel dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, anki meta ma jkun hemm ebda prova li l-fornitur preċedenti kellu fil-pussess tiegħu merkanzija ta’ dan it-tip? |
2) |
Prassi amministrattiva bħal dik applikata min-Natsionalna agentsiya za prihodite, li tikkonsisti fir-rifjut lill-persuni taxxabbli taħt il-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input, minħabba l-assenza ta’ provi tal-oriġini tal-merkanzija, mingħajr ma tqajjem dubju dwar parteċipazzjoni fi frodi fiskali u/jew mingħajr ma tindika elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi stabbilit li l-persuna taxxabbli kkonċernata kienet taf jew kien imissha kienet taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi, hija kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE u mal-ġurisprudenza dwar l-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva? |