This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014CN0188
Case C-188/14: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia No 58 de Madrid (Spain) lodged on 15 April 2014 — Juan Pedro Ludeña Hormigos v Banco Santander, S.A.
Kawża C-188/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n °58 de Madrid (Spanja) fil- 15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.
Kawża C-188/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n °58 de Madrid (Spanja) fil- 15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.
ĠU C 223, 14.7.2014, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ April 2014 – Juan Pedro Ludeña Hormigos vs Banco de Santander, S.A.
(Kawża C-188/14)
2014/C 223/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 58 de Madrid.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Juan Pedro Ludeña Hormigos
Konvenuta: Banco de Santander, S.A.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 22(1) tal-Liġi 16/09 tat-13 ta’ Novembru 2009, dwar is-servizzi ta’ ħlas, huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju sa fejn jippermetti lil istituzzjoni bankarja li timponi u/jew iżżid l-ispiża tas-servizzi u b’hekk tbiddel il-kundizzjonijiet inizzjalment miftiehma? |
2) |
Il-fatt li l-utent jista’ jirrexindi kuntratt mingħajr ma jeħel spejjeż jagħtih protezzjoni suffiċjenti? |
3) |
Huma validi l-klawżoli kuntrattwali, konklużi mill-partijiet, li jippermettu aġir b’mod konformi mad-dispożizzjoni ċċitata fl-ewwel domanda? |
4) |
Fl-aħħar nett, u fil-każ fejn ir-risposta għad-domandi preċedenti tkun pożittiva, it-terminu ta’ notifika ta’ xahrejn huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju? |