Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0467

Kawża C-467/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit- 13 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Chiara Baldo

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fit-13 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Chiara Baldo

(Kawża C-467/14)

(2014/C 448/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Bergamo

Parti fil-kawża prinċipali

Chiara Baldo

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti li tikkonċerna konċessjonijiet ta’ tul iqsar għal dawk maħruġa fil-passat?

2)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament temporali tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet ikun jikkostitwixxi ġustifikazzjoni xierqa għal tul tal-konċessjonijiet suġġetti għas-sejħa għal offerti li jkun iqsar meta mqabbel mat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?

3)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, moqrija b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 [fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10], għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment b’titolu mhux oneruż l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma fi proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni ta’ ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba skadenza tat-tul tal-konċessjoni jew minħabba l-effett ta’ deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


Top
  翻译: