This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FA0009
Case F-9/14: Judgment of the Civil Service Tribunal (Single Judge) of 18 December 2015 — De Nicola v EIB (Civil Service — EIB staff — Appraisal — 2012 staff report — Unlawfulness of the decision of the Adjudication Panel — Refusal of promotion — No need to adjudicate)
Kawża F-9/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 — Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
Kawża F-9/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI (Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 — Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
ĠU C 48, 8.2.2016, p. 91–92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/91 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-9/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 - Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 048/102)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenuta: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba, minn naħa, li jiġi annullat ir-rapport ta’ evalwazzjoni tas-servizzi tar-rikorrent għall-2012, fil-partijiet tiegħu “valutazzjoni”, “evalwazzjoni” u “iffissar tal-għanijiet għall-2013”, u sa fejn huwa ma ġiex propost għall-promozzjoni għall-funzjoni D sussegwentement, li tiġi annullata jew iddikjarata mhux applikabbli n-nota lill-persunal Nruo722 tal-5 ta’ Diċembru 2012 kif ukoll il-gwida tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-persunal 2012, u, min-naħa l-oħra, li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku kontra tiegħu. Fl-aħħar nett, it-talba li l-BEI jiġi kkundannat għall-ħlas għad-danni morali u materjali mġarrba.
Dispożittiv tas-sentenza
1) |
Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appelli tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-23 ta’ Ottubru 2013 hija annullata. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet intiżi għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni għall-2012 u tal-atti kollha konnessi, konsegwenti u anteċedenti. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż ta’ C. De Nicola. |
(1) ĠU C 212, 7.7.2014, p. 44.