This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FA0119
Case F-119/14: Judgment of the Civil Service Tribunal (1st Chamber) of 6 October 2015 — FE v Commission (Civil service — Recruitment — Open competition — Inclusion on the reserve list — Decision of the appointing authority not to recruit a successful candidate — Respective jurisdictions of the selection board and of the appointing authority — Eligibility criteria for the competition — Minimum period of professional experience required — Methods of calculation — Manifest error of assessment by the selection board — None — Loss of an opportunity to be recruited — Compensation)
Kawża F-119/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni — Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni — Tul minimu ta’ esperjenza professjonali — Modalitajiet ta’ kalkolu — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla — Assenza — Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata — Kumpens)

ĠU C 381, 16.11.2015, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/63 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-119/14) (1)
((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni - Tul minimu ta’ esperjenza professjonali - Modalitajiet ta’ kalkolu - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla - Assenza - Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata - Kumpens))
(2015/C 381/89)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura għall-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal, peress li dan tal-aħħar ġie inkluż f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li ġie informat li d-DĠ ikkonċernat kien qabel mar-reklutaġġ tiegħu, u wara li finalment ġie deċiż li l-esperjenza professjonali tiegħu ma kinitx suffiċjenti.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrekluta lil FE hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil FE s-somma ta’ EUR 10 000. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn FE. |