Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0015

Kawża F-15/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Parlament

ĠU C 184, 16.6.2014, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/40


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-15/14)

2014/C 184/66

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li jirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ estensjoni tal-perijodu ta’ prova tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-12 ta’ April 2013 li jkeċċih b’effett mill-15 ta’ Lulju 2013;

jiffissa għal EUR 45 000, flimkien mal-interessi moratorji, l-ammont tal-kumpens dovut lir-rikorrent fil-każ li l-Parlament Ewropew jinvoka impossibbiltà ġuridika għar-reintegrazzjoni tiegħu billi jaħtru bħala uffiċjal permanenti;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.


Top
  翻译: