Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0145

Kawża T-145/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbun) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 221, 6.7.2015, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-145/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 221/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement I Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shoe Branding Europe BVBA (Audenarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Shoe Branding Europe BVBA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012-2) hija annulata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn adidas AG.

3)

Shoe Branding Europa BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


Top
  翻译: