Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0745

Kawża T-745/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – TeamBank vs EUIPO – Easy Asset Management (e@sy Credit) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva e@sy Credit — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EasyCredit — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 326, 5.9.2016, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2016 – TeamBank vs EUIPO – Easy Asset Management (e@sy Credit)

(Kawża T-745/14) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva e@sy Credit - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EasyCredit - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 326/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner, D. Terheggen u T. Kiphuth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Geroulakos, sussegwentement minn D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Easy Asset Management AD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Georgieva-Tabakova u H. Raychev, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1975/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Easy Asset Management u TeamBank AG Nürnberg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TeamBank AG Nürnberg hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##


Top
  翻译: