Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0808

Kawża T-808/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Dmir ta’ diliġenza — Terminu raġonevoli — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Sussidjarjetà — Dritt għall-informazzjoni”)

ĠU C 38, 6.2.2017, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-808/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Dmir ta’ diliġenza - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Sussidjarjetà - Dritt għall-informazzjoni”))

(2017/C 038/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment A. Rubio González, sussegwentement A. Gavela Llopis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, P. Němečková u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6846 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.27408 [(C 24/2010) (ex NN 37/2010, ex CP 19/2009)] implementata mill-awtoritajiet ta’ Castilla-La Mancha favur it-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati ta’ Castilla-La Mancha, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni C(2015) 7193 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2015, li tikkoreġi ċerti żbalji li jinsabu fid-Deċiżjoni C(2014) 6846 finali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015


Top
  翻译: