Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0073

Kawża T-73/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Frar 2014 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)

ĠU C 102, 7.4.2014, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/38


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)

(Kawża T-73/14)

2014/C 102/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Renck, avukati, u I. Fowler, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Automobili Lamborghini SpA (Sant’ Agata Bolognese, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1263/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut u, fil-każ li tagħmel intervent formali, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva, b’rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin, għal prodotti fil-klassi 12 (Trade mark Komunitarja Nru 3 629 342)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Automobili Lamborghini SpA

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal revoka milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


Top
  翻译: