This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0411
Case T-411/14: Action brought on 10 June 2014 — Coca-Cola v OHIM (Shape of a bottle)
Kawża T-411/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Ġunju 2014 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun)
Kawża T-411/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Ġunju 2014 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun)
ĠU C 282, 25.8.2014, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/39 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2014 – Coca-Cola vs UASI (Forma ta’ flixkun)
(Kawża T-411/14)
2014/C 282/52
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u A. Dykes, Solicitors, u S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 540/2013-2; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta forma ta’ flixkun għall-klassijiet 6, 21, 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 5 32 687.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark ma hijiex eliġibbli għal reġistrazzjoni fir-rigward ta’ parti mill-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.