This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0603
Case T-603/14: Action brought on 11 August 2014 — Drex Technologies v Council
Kawża T-603/14: Rikors ippreżentat fit- 11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
Kawża T-603/14: Rikors ippreżentat fit- 11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
ĠU C 361, 13.10.2014, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/21 |
Rikors ippreżentat fit-11 ta’ Awwissu 2014 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
(Kawża T-603/14)
2014/C 361/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Drex Technologies SA Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata; |
— |
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 10 000; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.