Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0811

Kawża T-811/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – Unilever vs UASI – Technopharma (Fair & Lovely)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/41


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2014 – Unilever vs UASI – Technopharma (Fair & Lovely)

(Kawża T-811/14)

(2015/C 073/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unilever NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Fox, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Technopharma Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Fair & Lovely” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 045 09

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1004/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tissospendi l-proċeduri fil-Każ R 1004/2013 4 sakemm jiġu deċiżi l-kawżi għall-annullament nazzjonali kontra r-reġistrazzjonijiet u applikazzjonijiet nazzjonali preċedenti li fuqhom ibbażat ruħha Technopharma Ltd. fi Spanja, il-Ġermanja, Franza, il-Benelux u r-Renju Unit;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 64(1) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 20(7)(ċ) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95.


Top
  翻译: