Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0437

Kawża C-437/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Mejju 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Deluxe Entertainment Services Group Inc. (Appell — Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” — Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur)

ĠU C 239, 24.7.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Mejju 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Deluxe Entertainment Services Group Inc.

(Kawża C-437/15 P) (1)

((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” - Rifjut ta’ reġistrazzjoni mill-eżaminatur))

(2017/C 239/07)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) [rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent]

Parti oħra fil-proċedura: Deluxe Entertainment Services Group Inc. [rappreżentanti: L. Gellman, advocate u M. Esteve Sanz, abogada]

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Ġunju 2015, Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe) (T-222/14, mhux ippubblikata, EU:T:2015:364), hija annullata.

2)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 346, 19.10.2015.


Top
  翻译: