This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0524
Case C-524/15: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 20 March 2018 (request for a preliminary ruling from the Tribunale di Bergamo — Italy) — Criminal proceedings against Luca Menci (Reference for a preliminary ruling — Value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Failure to pay VAT due — Penalties — National legislation which provides for an administrative penalty and a criminal penalty for the same acts — Charter of Fundamental Rights of the European Union — Article 50 — Ne bis in idem principle — Criminal nature of the administrative penalty — Existence of the same offence — Article 52(1) — Limitations to the ne bis in idem principle — Conditions)
Kawża C-524/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Luca Menci (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Nuqqas ta’ ħlas tal-VAT dovuta — Sanzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 50 — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva — Eżistenza tal-istess ksur — Artikolu 52(1) — Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem — Kundizzjonijiet)

ĠU C 166, 14.5.2018, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 166/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bergamo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Luca Menci
(Kawża C-524/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Nuqqas ta’ ħlas tal-VAT dovuta - Sanzjonijiet - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi sanzjoni amministrattiva u sanzjoni kriminali għall-istess fatti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Natura kriminali tas-sanzjoni amministrattiva - Eżistenza tal-istess ksur - Artikolu 52(1) - Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem - Kundizzjonijiet))
(2018/C 166/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Luca Menci
Fil-preżenza ta’: Procura della Repubblica
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha jistgħu jinbdew proċeduri kriminali kontra persuna għal ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta fit-termini legali, minkejja li din il-persuna diġà ġiet imposta fuqha, għall-istess fatti, sanzjoni amministrattiva definittiva ta’ natura kriminali fis-sens ta’ dan l-Artikolu 50, sakemm din il-leġiżlazzjoni
|
2) |
Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, li l-piż li jirriżulta konkretament għall-persuna kkonċernata mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali u mill-kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet li din tawtorizza ma huwiex eċċessiv meta mqabbel mal-gravità tal-ksur imwettaq. |