This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FA0092
Case F-92/15: Judgment of the Civil Service Tribunal (3rd Chamber) of 12 May 2016 — Guittet v Commission (Civil service — Former official — Social security — Accident — Article 73 of the Staff Regulations — Closure of the procedure — Fixing of rate of partial permanent invalidity — Payment supplementary to the lump sum paid in the event of partial permanent invalidity — Implementation of a judgment annulling a measure — Incurable and total deafness)
Kawża F-92/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Guittet vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Sigurtà soċjali — Inċident — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Għeluq tal-proċedura — Iffissar tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali — Allowance addizzjonali għall-kapital imħallas f’każ ta’ invalidità permanenti parzjali — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament — Truxija inkurabbli u totali)
Kawża F-92/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Guittet vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Sigurtà soċjali — Inċident — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Għeluq tal-proċedura — Iffissar tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali — Allowance addizzjonali għall-kapital imħallas f’każ ta’ invalidità permanenti parzjali — Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament — Truxija inkurabbli u totali)
ĠU C 222, 20.6.2016, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/37 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016 – Guittet vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-92/15) (1)
((Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Sigurtà soċjali - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Għeluq tal-proċedura - Iffissar tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali - Allowance addizzjonali għall-kapital imħallas f’każ ta’ invalidità permanenti parzjali - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Truxija inkurabbli u totali))
(2016/C 222/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Guittet (Cannes, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, vukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr, aġent, C. Mélotte, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tar-rata ta’ invalidità permanenti parzjali tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li parzjalment tirrifjuta t-talba tar-rikorrent, u t-talba għall-kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament mġarrba.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tas-6 ta’ Ottubru 2014 li għalqet il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea wara l-inċident tat-8 ta’ Diċembru 2003 li kien vittma tiegħu Christian Guittet, sa fejn din iffissat ir-rata ta’ invalidità permanenti parzjali dovut lilu skont l-Artikolu 12 tar-Regoli komuni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, fil-verżjoni applikabbli qabel l-1 ta’ Frar 2006, għal 65 %, hija annullata |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil C. Guittet is-somma ta’ EUR 5 000. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn C. Guittet. |