Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0104

Kawża F-104/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 – U (*) -vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Pensjoni tas-superstiti — Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal — Eliġibbiltà — It-tieni żwieġ — Ugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali)

ĠU C 364, 3.10.2016, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Lulju 2016 –  U (*1) -vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/15) (1)

((Servizz pubbliku - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal - Eliġibbiltà - It-tieni żwieġ - Ugwaljanza fit-trattament bejn uffiċjali))

(2016/C 364/39)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: U (*1) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, A.-C. Simon u F. Simonetti, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Parlement Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Tavena, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma għandhiex tingħata pensjoni ta’ superstiti lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tilqa’ t-talba ta’ M.  U (*1), intiża għall-għoti ta’ pensjoni ta’ superstiti fir-rigward tar-raġel mejjet tagħha, ex uffiċjal intitolat għal pensjoni ta’ anzjanità, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn M.  U (*1).

3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 302, 14.09.2015, p. 71


Top
  翻译: