Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0133

Kawża F-133/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-10 ta’ Ġunju 2016 – HI vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal — Dmir ta’ lealtà — Artikolu 11a — Kunflitt ta’ interessi — Uffiċjal inkarigat milli jsegwi proġett iffinanzjat mill-Unjoni — Rabta ta’ familja bejn dan l-uffiċjal u impjegat irreklutat għall-bżonnijiet tal-proġett mill-kumpannija inkarigata minn dan il-proġett — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Tnaqqis fil-grad — Legalità tal-kompożizzjoni tal-kunsill ta’ dixxiplina — Obbligu ta’ motivazzjoni — Tul tal-proċedura — Terminu raġonevoli — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Prinċipju ne bis in idem — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità tas-sanzjoni — Ċirkustanzi attenwanti)

ĠU C 270, 25.7.2016, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/69


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-10 ta’ Ġunju 2016 – HI vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dmir ta’ lealtà - Artikolu 11a - Kunflitt ta’ interessi - Uffiċjal inkarigat milli jsegwi proġett iffinanzjat mill-Unjoni - Rabta ta’ familja bejn dan l-uffiċjal u impjegat irreklutat għall-bżonnijiet tal-proġett mill-kumpannija inkarigata minn dan il-proġett - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Tnaqqis fil-grad - Legalità tal-kompożizzjoni tal-kunsill ta’ dixxiplina - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tul tal-proċedura - Terminu raġonevoli - Ksur tad-drittijiet tad-difiża - Prinċipju ne bis in idem - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità tas-sanzjoni - Ċirkustanzi attenwanti))

(2016/C 270/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HI (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni ta’ tnaqqis fil-grad permanenti ta’ żewġ gradi lir-rikorrent sussegwentement għal investigazzjoni li tirrigwarda sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi kif ukoll kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015, p. 45.


Top
  翻译: