Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0077

Kawża F-77/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 245, 27.7.2015, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/51


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/15)

(2015/C 245/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data ta’ meta ġiet skoperta l-assenza ta’ ħlas ta’ din l-allowance u talba sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas l-interessi moratorji.

Talbiet

jannulla id-deċiżjoni tal-PMO li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni, li bi żball ma kinitx tħallset sa mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-allowances tal-espatrijazzjoni dovuti lilu sa mill-1 ta’ Settembru 2007 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti, fuq is-sommom diġà mħallsa lir-rikorrent bħala arretrati fuq ir-remunerazzjoni (allowance tal-espatrijazzjoni) u fuq dawk dovuti, mid-data ta’ meta dawn saru rispettivament dovuti, u, sal-ħlas sħiħ tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top
  翻译: