Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0137

Kawża F-137/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 77–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/77


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-137/15)

(2016/C 027/99)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjon tar-rikorrent fis-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-5 u tas-7 ta’ Jannar 2015 kif ukoll id-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2015 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent miksuba qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Kunsill;

jannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top
  翻译: