Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0189

Kawża T-189/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni [“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

ĠU C 98, 14.3.2016, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2016 – TMG Landelijke Media u Willems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/15) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Korrispondenza bejn l-awtoritajiet Olandiżi u l-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni, magħmula abbażi tal-prodott gross nazzjonali - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2016/C 098/58)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: TMG Landelijke Media BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Menzo Williams (Voorburg, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: R.S. Le Poole u L. Broers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Frar 2015 li tirrifjuta parzjalment li tagħti aċċess lil M. Willems għal dokumenti relatati mal-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi dwar l-aġġustament annwali tal-kontribuzzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn TMG Landelijke Media BV u Menzo Willems


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


Top
  翻译: