Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0260

Kawża T-260/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2018 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2018 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Spanjola - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2018/C 134/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/314 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implimentata minn Spanja Skema għall-amortizzazzjoni tat-taxxa ta’ avvjament finanzjarju għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji barranin (ĠU 2015, L 56, p. 38).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-Digriet tal-24 ta’ Novembru 2017, Iberdrola vs Il-Kummissjoni (T-260/15 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top
  翻译: