This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TB0543(01)
Case T-543/15: Order of the General Court of 12 October 2016 — Lysoform Dr. Hans Rosemann and Others v ECHA (Actions for annulment — Inclusion as supplier of an active substance on the list provided for in Article 95 of Regulation (EU) No 528/2012 — Lack of direct concern — Inadmissibility)
Kawża T-543/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA (“Rikors għal annullament — Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”)
Kawża T-543/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA (“Rikors għal annullament — Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà”)
ĠU C 454, 5.12.2016, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ottubru 2016 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA
(Kawża T-543/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Inklużjoni bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))
(2016/C 454/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) u Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard u P. Sellar, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: C. Buchanan, W. Broere u M. Heikkilä, aġenti assistiti minn P. Oliver, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-ECHA tas-17 ta’ Ġunju 2015 dwar l-inklużjoni ta’ Oxea GmbH, stabbilita fil-Ġermanja, bħala fornitur ta’ sustanza attiva fil-lista msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent ta’ Oxea GmbH u ta’ BASF SE. |
3) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH u Diversey Europe Operations BV huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ħlief għal dawk relatati mat-talbiet ta’ intervent. |
4) |
Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH, Ecolab Deutschland GmbH, Schülke & Mayr GmbH, Diversey Europe Operations BV, l-ECHA, Oxea GmbH u BASF SE għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent. |