This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TB0564
Case T-564/15: Order of the General Court of 11 October 2016 — Spliethoff’s Bevrachtingskantoor v Commission (Actions for annulment — Financial assistance in the field of Connecting Europe Facility — Act not open to challenge — Preparatory act — Inadmissibility)
Kawża T-564/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)
Kawża T-564/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)
ĠU C 454, 5.12.2016, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-564/15) (1)
((Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà))
(2016/C 454/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Glazener, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u J. Samnadda, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni allegatament inkluża fl-ittra tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), tas-17 ta’ Lulju 2015, dwar il-proposta ppreżentata mir-rikorrenti bħala risposta għas-sejħa għal proposti mnedija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, abbażi tal-programm ta’ ħidma pluriennali adottat fl-2014 fil-kuntest tad- Deċiżjoni ta’ implementazzjoni C(2014) 1921 finali tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Marzu 2014, li tistabbilixxi l-Programm ta’ Ħidma Pluriennali tal-2014 għal għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; (MIE) – Settur tat-trasport għall-perjiodu 2014-2020.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |