This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0072
Case T-72/15: Action brought on 6 February 2015 — Hippler v Commission
Kawża T-72/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni
Kawża T-72/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni
ĠU C 138, 27.4.2015, p. 57–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/57 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-72/15)
(2015/C 138/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Eberhard Hippler (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Richter, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tipprojbixxi lill-konvenuta, taħt piena ta’ multa li għandha tiġi ffissata mill-Qorti Ġenerali għal kull ksur, li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-mapep tan-netwerks tat-trasport ta’ “Bochum”, ta’ “Dortmund”, ta’ “Düsseldorf/Meerbusch”, ta’ “Duisburg” u ta’ “Essen” tar-rikorrent mingħajr il-kunsens tiegħu, kif sar fil-links segwenti: http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Dortmund.pdf http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Bochum.pdf http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Essen.pdf http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Duesseldorf.pdf kif ukoll http://dma.jrc.it/idas/lightrail/Duisburg.pdf |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 10 100 bħala danni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrent l-ispejjeż prekontenzjużi tal-avukati li jammontaw għal EUR 2 743,43; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż tal-avukati. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1), kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 15 u 19 a tal-Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur (Urheberrechtsgesetz) u tal-Artikolu 97(2) tal-istess liġi (2).
Ir-rikorrent jallega li l-mapep tan-netwerks tat-trasport huma protetti mid-drittijiet tal-awtur bħala rappreżentazzjonijiet ta’ natura xjentika jew teknika. Ir-rikorrent fl-ebda mument ma awtorizza lill-konvenuta twettaq l-atti ta’ użu li hija għamlet u, b’mod partikolari, huwa ma taha ebda dritt ta’ użu. Il-konvenuta lanqas ma kisbet debitament id-drittijiet ta’ użu mingħajr terz. Billi użat il-mapep, il-konvenuta għamlithom aċċessibbli għall-pubbliku jew ikkomunikathom lill-pubbliku.
Barra minn hekk, ir-rikorrent jallega li sabiex jiġi evalwat id-dannu pekunarju li huwa ġarrab, għandu jsir użu minn kalkolu analogu għal dak tal-liċenzji. Ir-rikorrent huwa intitolat għall-ħlas ta’ liċenzja adegwata. Fis-suq Ġermaniż, kif ukoll mill-qrati Ġermaniżi, liċenzji li jammontaw għal EUR 2 020 għal kull mappa huma rrikonoxxuti li huma normali u adegwati. Għaldaqstant, id-danni jammontaw għal ammont ta’ EUR 10 100.
Ir-rikorrent isostni, barra minn hekk, li l-konvenuta ġarrbitlu dannu morali li kien ikkawżat lid-drittijiet tal-awtur esklużivi tiegħu u li għaldaqstant hija għandha tiġi kkundannata tikkumpensa d-dannu morali kif ukoll twaqqaf l-atti ta’ użu kontenzjużi.
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li gustament huwa bagħat ittra ta’ intimazzjoni lill-konvenuta permezz ta’ avukat u li għaldaqstant il-konvenuta għandha tikkumpensah l-ispejjeż neċessarji tal-avukati li jirriżultaw minn dan, li jammontaw għal EUR 2 743,43.
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230, tat-22 ta’ Ġunju 2011).
(2) Urheberrechtsgesetz tad-9 ta’ Settembru 1965 (BGBl. I S. 1273), li kienet emendata l-aħħar bl-Artikolu 1 tal-Liġi tal-5 ta’ Diċembru 2014 (BGBl. I S. 1974).