Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0250

Kawża T-250/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)

ĠU C 245, 27.7.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)

(Kawża T-250/15)

(2015/C 245/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Speciality Drinks (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Pritchard, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: William Grant & Sons Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 025 815

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 220/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti u/jew tannulla l-kundanna għall-ispejjeż mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell iddefinixxa b’mod żbaljat il-livell ta’ attenzjoni tal-“konsumatur rilevanti” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Il-Bord tal-Appell ma ddeċidiex jekk il-kelma “CLAN”, meta ntużat flimkien ma’ “MACGREGOR”, kinitx kelma fantażjuża (jiġifieri nieqsa minn sinjifikat) għall-konsumatur rilevanti jew, bil-kontra, kinitx kelma li kellha sinjifikat li huma setgħu jifhmu;

Il-Bord tal-Appell ma evalwax ix-xebh tat-trade marks fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta;

Il-Bord tal-Appell ma evalwax il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta.


Top
  翻译: