This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0696
Case T-696/15: Action brought on 1 December 2015 — Bodegas Vega Sicilia v OHIM (TEMPOS VEGA SICILIA)
Kawża T-696/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2015 – Bodegas Vega Sicilia, SA vs UASI (TEMPOS VEGA SICILIA)
Kawża T-696/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2015 – Bodegas Vega Sicilia, SA vs UASI (TEMPOS VEGA SICILIA)
ĠU C 38, 1.2.2016, p. 71–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/71 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2015 – Bodegas Vega Sicilia, SA vs UASI (TEMPOS VEGA SICILIA)
(Kawża T-696/15)
(2016/C 038/95)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Vega Sicilia, SA (Valbuena de Duero, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “TEMPOS VEGA SICILIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 066 121
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 285/2015-4
Talbiet
— |
tannulla u, konsegwentement, tiddikjara inapplikabbli d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 285/2015-4; |
— |
tannulla u, konsegwentement, tiddikjara inapplikabbli d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali “TEMPOS VEGA SICILIA” għall-prodotti fil-klassi 33 meħuda mill-UASI fit-8 ta’ Diċembru 2014; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 118l tar-Regolament Nru 491/2009 dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-inbid. |