Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0726

Kawża T-726/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament

ĠU C 98, 14.3.2016, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/45


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament

(Kawża T-726/15)

(2016/C 098/60)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Jožica Blaž Jamnik (Ljubljana, is-Slovenja) u Brina Blaž (Ljubljana) (rappreżentant: D. Mihevc, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tikkonstata li l-għażla tal-offerent fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06 kienet illegali;

tannulla l-għażla tal-offerent;

tagħżel lir-rikorrenti inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża;

sussidjarjament, tagħti lir-rikorrenti kumpens għad-danni ta’ EUR 3 852 384,60 EUR fil-każ li ma jintgħażlux inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06;

tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1)

Skont ir-rikorrenti, l-għażla tal-offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża saret bi ksur tal-Artikolu 113 tar-regolament imsemmi hawn fuq għaliex il-kriterji stabbiliti minn qabel, indikati fl-ispeċifikazzjonijiet, ma ġewx osservati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-iżvolġiment tal-proċedura ta’ għażla

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jindikaw li l-proġetti, id-dokumentazzjoni grafika u l-kalkoli statistiċi li huma hemżu mal-offerta tagħhom ma kienu s-suġġett tal-ebda eżami għaliex ma ntbagħtux mill-uffiċċju ta’ Ljubljana lejn il-Lussemburgu għall-finijiet tal-proċess deċiżjonali.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).


Top
  翻译: