This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0732
Case T-732/15: Action brought on 14 December 2015 — ICA Laboratories e.a. v Commission
Kawża T-732/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-732/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 78, 29.2.2016, p. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 78/22 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-732/15)
(2016/C 078/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICA Laboratories Close Corp. (Century City, l-Afrika t’Isfel), ICA International Chemicals (Proprietary) Ltd (Century City), ICA Developments (Proprietary) Ltd (Century City) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Crespi, avukati, u P. Sellar, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat, |
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (1), u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jsostnu li meta adottat ir-Regolament (UE) 2015/1910 li jistabbilixxa l-limitu massimu applikabbli ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom għal 0,05 mg/kg, il-Kummissjoni kisret id-dritt tal-Unjoni u ma applikatx ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjonisi ttradiet l-aspettattivi leġittimi tal-Gvern Sud-Afrikan u tar-rikorrenti u kisret ċerti regoli obbligatorji tar-Regolament (KE) Nruo396/2005 (2) peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet serje ta’ żbalji manifesti fl-evalwazzjoni billi bbażat ruħha fuq żewġ pariri tal-Awtorità Ewropea tas-sigurtà tal-ikel, peress li dawn il-pariri kien fihom xi żbalji. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti. Hija bbażat ruħha fuq allegat tħassib xjentifiku li fuqu ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni, la fir-regolament kkontestat u lanqas fid-dokumenti li fuqhom l-imsemmi regolament huwa bbażat. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat huwa sproporzjonat. Il-Kummissjoni għażlet l-iktar miżura restrittiva fejn miżuri iktar proporzjonali kienu disponibbli għaliha. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2015, L 280, p. 2).
(2) Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Frar 2005, dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU 2005, L. 70, p. 1).