This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0308
Case C-308/16: Judgment of the Court (Second Chamber) of 16 November 2017 (request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny — Poland) — Kozuba Premium Selection sp. z o.o. v Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Common system of value added tax (VAT) — Directive 2006/112/EC — Article 12(1) and (2) — Article 135(1)(j) — Taxable transactions — Exemption for the supply of buildings — Concept of ‘first occupation’ — Concept of ‘conversion’)
Kawża C-308/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Kozuba Premium Selection sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej u Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 12(1) u (2) — Artikolu 135(1)(j) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Eżenzjoni tal-provvisti ta’ binjiet — Kunċett tal-“ewwel okkupazzjoni” — Kunċett ta’ “bdil”)
Kawża C-308/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Kozuba Premium Selection sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej u Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 12(1) u (2) — Artikolu 135(1)(j) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Eżenzjoni tal-provvisti ta’ binjiet — Kunċett tal-“ewwel okkupazzjoni” — Kunċett ta’ “bdil”)
ĠU C 22, 22.1.2018, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Kozuba Premium Selection sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej u Warszawie
(Kawża C-308/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 12(1) u (2) - Artikolu 135(1)(j) - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Eżenzjoni tal-provvisti ta’ binjiet - Kunċett tal-“ewwel okkupazzjoni” - Kunċett ta’ “bdil”))
(2018/C 022/14)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kozuba Premium Selection sp. z o.o.
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Dispożittiv
L-Artikolu 12(1) u (2), u l-Artikolu 135(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud f’dak li jirrigwarda l-provvisti ta’ binjiet għall-kundizzjoni li l-ewwel okkupazzjoni ta’ dawn tkun seħħet fil-kuntest ta’ tranżazzjoni taxxabbli. Dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux li tali leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta tali eżenzjoni għall-kundizzjoni li, fil-każ ta’ “titjib” ta’ binja eżistenti, l-ispejjeż inkorsi ma jkunux qabżu 30 % tal-valur inizjali ta’ din, sakemm l-imsemmi kunċett ta’ “titjib” jiġi interpretat bl-istess mod bħal dak ta’ “bdil” li jinsab fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri fis-sens li l-binja kkonċernata għandha tkun ġiet suġġetta għal tibdil sostanzjali intiż sabiex jinbidel l-użu tagħha jew sabiex jinbidlu kunsiderevolment l-kundizzjonijiet ta’ okkupazzjoni tagħha.