This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0100
Case C-100/16 P: Appeal brought on 18 February 2016 by Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 9 December 2015 in Joined Cases T-233/11 and T-262/11: Greece and Ellinikos Chrysos v Commission
Kawża C-100/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni
Kawża C-100/16 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni
ĠU C 175, 17.5.2016, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/8 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2016 minn Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11, Il-Greċja u Ellinikos Chrysos vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-100/16 P)
(2016/C 175/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ellinikos Chrysos AE Metalleion kai Viomichanias Chrysou (rappreżentanti: V. Christianos, I. Soufleros, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tad-9 ta’ Diċembru 2015, fil-Kawżi magħquda T-233/11 u T-262/11 u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Is-sentenza appellata ddeċidiet li l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 107(1) TFUE kienu ssodisfatti fir-rigward ta’ żewġ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat; l-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat tikkonċerna l-bejgħ tal-minjieri ta’ Cassandra lill-appellanti bi prezz li huwa inqas mill-valur tagħhom fis-suq. It-tieni miżura tikkonċerna l-eżenzjoni mit-taxxa, fir-rigward tal-valur tal-art tal-minjieri. |
2. |
L-appellanti tinvoka tliet aggravji, tnejn fir-rigward tal-ewwel miżura ta’ għajnuna mill-Istat u wieħed fir-rigward tat-tieni miżura ta’ għajnuna mill-Istat. B’mod iktar speċifiku:
|