Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0454

Kawża C-454/16 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 392, 24.10.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2016 minn Global Steel Wire, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-426/10 sa T-429/16 u T-438/12 sa T-441/12, Moreda-Riviere Trefilerias et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-454/16 P)

(2016/C 392/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Global Steel Wire, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz, A. Tresandi Blanco, V. Romero Algarra, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 fil-Kawżi magħquda T-438/12 sa T-441/12, u b’mod partikolari, fil-Kawża T-438/12, Global Steel Wire, S.A vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll ta’ dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat inammissibbli l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat kriterju ġuridiku żbaljat fil-kuntest tal-evalwazzjoni tat-tieni talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva u, għaldaqstant, tal-ammissibbiltà tar-rikors.

3.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi jew żnaturament manifest tal-provi, ksur tal-obbligu li twettaq stħarriġ b’ġurisdizzjoni sħiħa u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll nuqqas ta’ motivazzjoni.


Top
  翻译: