This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016FN0009
Case F-9/16: Action brought on 17 February 2016 — ZZ and Others v Parliament
Kawża F-9/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ et vs Il-Parlament
Kawża F-9/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ et vs Il-Parlament
ĠU C 145, 25.4.2016, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 145/40 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – ZZ et vs Il-Parlament
(Kawża F-9/16)
(2016/C 145/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M. Casado Garcia-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjonijiet li jiċħdu lill-erba’ rikorrenti l-għoti tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2014-2015 u għas-snin sussegwenti u l-kundanna tal-konvenut sabiex iħallas lir-rikorrenti l-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016, flimkien mal-interessi kkalkolati mid-dati li fihom dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
— |
jannulla d-deċiżjonijiet individwali kkontestati tal-24 ta’ April 2015; |
— |
jekk ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddatati s-17 ta’ Novembru u d-19 ta’ Novembru 2015; |
— |
jikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lir-rikorrenti l-benefiċċju tal-allowances tal-edukazzjoni għas-sena 2015/2016 flimkien mal-interessi kkalkolati mid-dati li fihom dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal. |
— |
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |