Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0704

Kawża T-704/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2017 – Murka vs EUIPO (SCATTER SLOTS) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SCATTER SLOTS — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

ĠU C 402, 27.11.2017, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2017 – Murka vs EUIPO (SCATTER SLOTS)

(Kawża T-704/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SCATTER SLOTS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])

(2017/C 402/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Murka Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Santos Rodriguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 471/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SCATTER SLOTS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Murka Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 454, 5.12.2016.


Top
  翻译: