This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0734
Case T-734/16: Judgment of the General Court of 20 March 2018 — Argyraki v Commission (Civil service — Officials — Pensions — Calculation of years — Taking into account periods of service completed as a member of the auxiliary staff — Conditions — Legal basis)
Kawża T-734/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kalkolu tas-snin ta’ servizz — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju — Kundizzjonijiet — Bażi legali”)
Kawża T-734/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Kalkolu tas-snin ta’ servizz — Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju — Kundizzjonijiet — Bażi legali”)
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 49–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/49 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2018 – Argyraki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-734/16) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kalkolu tas-snin ta’ servizz - Teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju - Kundizzjonijiet - Bażi legali”))
(2018/C 161/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vassilia Argyraki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Berscheid, G. Gattinara u A.-C. Simon, sussegwentement G. Berscheid, G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba tar-rikorrenti għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persunal temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tiegħu.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2016 tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad it-talba ta’ Vassilia Argyraki għall-validazzjoni tal-perijodi ta’ servizz imwettqa bħala membru tal-persunal awżiljarju bħala perijodi mwettqa bħala membru tal-persuna temporanju fil-kuntest tal-kalkolu tad-drittijiet pensjonabbli tagħha, hija annullata. |
2) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |