Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0813

Kawża T-813/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2018 – ABES vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Portugiżi favur entità li tipprovdi servizzi soċjali għall-anzjani — Proċedura preliminari ta’ investigazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors li jqiegħed inkwistjoni l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Inammissibbiltà”)

ĠU C 190, 4.6.2018, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2018 – ABES vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-813/16) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Portugiżi favur entità li tipprovdi servizzi soċjali għall-anzjani - Proċedura preliminari ta’ investigazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors li jqiegħed inkwistjoni l-fondatezza tal-miżura kontenzjuża - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà”))

(2018/C 190/51)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Abes – companhia de assistência, bem-estar e serviços para seniores, Lda (São Pedro de Tomar, il-Portugall) (rappreżentant: N. Mimoso Ruiz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u K. Herrmann, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u M. J. Castanheira Neves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 5054 finali tad-9 ta’ Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38920 (2014/NN), li tiddikjara, fi tmiem il-fażi preliminari ta’ investigazzjoni, li s-sussidju mogħti lil Santa Casa de Misericórdia de Tomar ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Abes – companhia de assistência, bem-estar e serviços para seniores, Lda hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


Top
  翻译: