Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0023

Kawża T-23/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)

ĠU C 111, 29.3.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/29


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Biernacka-Hoba vs EUIPO – Formata Bogusław Hoba (Formata)

(Kawża T-23/16)

(2016/C 111/34)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ilona Biernacka-Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Formata Bogusław Hoba (Aleksandrów Łódzki, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “Formata” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 529 427

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 102/2015-2

Talbiet

tiddikjara r-rikors fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Nru 011529427 “Formata”;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Nru 011529427 “Formata”;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


Top
  翻译: