This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0243
Case T-243/16: Action brought on 18 May 2016 – Freddo v EUIPO – Freddo Freddo (Freggo)
Kawża T-243/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)
Kawża T-243/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)
ĠU C 243, 4.7.2016, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/48 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2016 – Freddo vs EUIPO - Freddo Freddo (Freggo)
(Kawża T-243/16)
(2016/C 243/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Freddo SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, K. Gilbert, G. Lodge, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freddo Freddo, SL (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali li tinkludi l-element verbali “Freggo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 606 064
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 919/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO (u jekk tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell) għall-ispejjeż tiegħu stess u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |