This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0721
Case T-721/16: Action brought on 7 October 2016 — Luxottica Group v EUIPO — Chen (BeyBeni)
Kawża T-721/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)
Kawża T-721/16: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)
ĠU C 454, 5.12.2016, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 454/31 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2016 – Luxottica Group vs EUIPO – Chen (BeyBeni)
(Kawża T-721/16)
(2016/C 454/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Luxottica Group S.p.A. (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: E. M. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xian Chen (Wenzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “BeyBeni” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 511 317
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-08/06/2016 fil-Każ R 675/2015-5
Talbiet
— |
tilqa’ t-talba fir-rikors u tiddikjara nulla u bla effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ Ġunju 2016, fil-Każ R-675/2015-5, billi tiddikjara r-rifjut tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12511 317 “BeyBeni” skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea. |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar l-analiżi tar-rekwiżiti previsti għall-implementazzjoni tiegħu. |
— |
ksur tal-Artikoli 63(2) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009, dwar eventwali ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ fl-istadju tal-appell. |