This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0843
Case T-843/16: Action brought on 29 November 2016 — dm-drogerie markt v EUIPO — Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
Kawża T-843/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
Kawża T-843/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
ĠU C 38, 6.2.2017, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/40 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
(Kawża T-843/16)
(2017/C 038/53)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Strack u O. Bludovsky, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Digital Print Group O. Schimek GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Foto Paradies” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 707 933
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1194/2015-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |