Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0901

Kawża T-901/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

ĠU C 53, 20.2.2017, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/40


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Elche Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-901/16)

(2017/C 053/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Elche Club de Fútbol, SAD (Elche, Spanja) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tilqa’ l-motivi għal annullament invokati fir-rikors;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 4060 finali, tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Spanja lil Elche Club de Fútbol SAD (u lil clubs tal-futbol oħra) [SA.36387 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 20 13/CP)], b’mod partikolari sa fejn din tikkonċerna lil Elche CF;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċerna l-miżura 3;

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn dan jeżiġi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat marbuta mal-miżura 3 mingħand Elche CF;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni u ta’ motivazzjoni fl-identifikazzjoni tal-għajnuna u tal-benefiċċjarju, sa fejn il-Kummissjoni ikkunsidrat li, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, Elche CF ibbenefikat minn garanziji mogħtija mill-Instituto Valenciano de Finanzas (IVF) lil Fundación Elche CF.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn il-Kummissjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat il-garanziji mogħija mill-IVF lil Fundación Elche CF. Il-Kummissjoni la wriet l-imputabbiltà tal-Istat u lanqas l-għoti ta’ vantaġġ jew il-karattru selettiv ta’ dan tal-aħħar, ma evalwatx id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma mmotivatx sal-grad rikjest mil-liġi l-effett fuq il-kummerċ fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE fil-kwantifikazzjoni tal-għajnuna u tal-ammont li għandu jiġi rkuprat.

4.

Ir-raba’ motiv, sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna u l-applikazzjoni tal-linji gwida fil-qasam tas-salvataġġ u tar-ristrutturazzjoni.


Top
  翻译: