This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0431
Case C-431/17: Request for a preliminary ruling from the Symvoulio tis Epikrateias (Greece) lodged on 17 July 2017 — Monachos Eirinaios (Brother Eirinaios), lay name Antonios Giakoumakis v Dikigorikos Syllogos Athinon
Kawża C-431/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon
Kawża C-431/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon
ĠU C 309, 18.9.2017, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fis-17 ta’ Lulju 2017 – Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis vs Dikigorikos Syllogos Athinon
(Kawża C-431/17)
(2017/C 309/40)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias (kunsill tal-Istat, il-Greċja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Monachos Eirinaios (fra Ireneos), isem lajċi Antonios Giakoumakis di Emmanouil
Konvenut: Dikigorikos Syllogos Athinon
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġistrazzjoni ta’ patri tal-Knisja ta’ Greċja bħala avukat, mal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn huwa kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu, sabiex ikun jista’ jeżerċita hemmhekk il-professjoni ta’ avukat taħt it-titlu professjonali tal-oriġini tiegħu, tista’ tkun ipprojbita mil-leġiżlatur nazzjonali minħabba li patrijiet tal-Knisja tal-Greċja ma jistgħux, taħt il-liġi nazzjonali, jiddaħħlu fir-reġistri ta’ ordnijiet tal-avukati għaliex, minħabba dak l-istatus, ma jipprovdux ċerti garanziji neċessarji għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat?
(1) Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83).