Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0265

Kawża T-265/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva EXPRESSVPN — Raġuni assoluta għal rifjut — Talba għal bidla — Kap ta’ talbiet uniku — Inammissibbiltà”)

ĠU C 112, 26.3.2018, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – ExpressVPN vs EUIPO (EXPRESSVPN)

(Kawża T-265/17) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva EXPRESSVPN - Raġuni assoluta għal rifjut - Talba għal bidla - Kap ta’ talbiet uniku - Inammissibbiltà”))

(2018/C 112/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ExpressVPN Ltd (Glen Vine, Il-Gżira ta’ Man) (rappreżentant: A. Muir Wood, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2017 (Każ R 1352/2016-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 1265562 tat-trade mark figurattiva EXPRESSVPN.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ExpressVPN hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 202, 26.6.2017.


Top
  翻译: