This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0055
Case T-55/17: Action brought on 30 January 2017 — Healy v Commission
Kawża T-55/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Healy vs Il-Kummissjoni
Kawża T-55/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Healy vs Il-Kummissjoni
ĠU C 112, 10.4.2017, p. 39–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/39 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2017 – Healy vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-55/17)
(2017/C 112/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorreni: John Morrison Healy (Celbridge, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
tiddikjara u tiddeċiedi li,
— |
id-deċiżjoni tal-11 ta’ April 2016 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla irrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-kompetizzjoni COM/02/AST/16 (AST2) hija annullata; |
— |
il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Fil-fatt, ir-rikorrent jqis li l-kundizzjoni ta’ dħul ikkontestata, jiġifieri dik li għandha tinġieb prova ta’ 42 xahar ta’ servizz fi ħdan il-Kummissjoni, ma hijiex iġġustifikata fid-dawl tar-rekwiżiti tal-pożizzjonijiet li għandhom jimtlew.
Barra minn hekk, l-Artikolu 82(7) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra huwa inkompatibbli mal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal billi jeskludi l-aċċess għall-kompetizzjonijet interni, fil-każijiet kollha, għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li għandhom servizz inqas minn 36 xahar li huwa l-minimu li jista’ jservi bħala bażi u li vvizzja l-evalwazzjoni mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjoni tad-dħul kkontestata.