This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0566
Case T-566/17: Action brought on 21 August 2017 — Molina García v SRB
Kawża T-566/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB
Kawża T-566/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB
ĠU C 374, 6.11.2017, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/39 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2017 – Molina García vs SRB
(Kawża T-566/17)
(2017/C 374/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Jerónimo Molina García (Puente Genil, Spanja) (rappreżentant: A. Velasco Albalá, avukat)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
— |
tannulla r-riżoluzzjoni kkontestata. |
— |
tassumi l-konsegwenzi tat-teħid b’mod inkorrett tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ trasparenza, jew minħabba n-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri preventivi preċedenti li kienu jżommu lill-azzjonisti milli jitilfu s-sehem tagħhom mill-kapital permezz ta’ tniżżil fil-valur tiegħu stess. U, konsegwentement, tikkumpensa lir-rikorrent, fl-ammont mitluf minħabba f’implemetazzjoni u riżoluzzjoni inkorretta, għall-ammont ta’ EUR 7 805,29. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.